Ritratti: Folol jattendu l-pellegrinaġġ tar-Redentur fl-Isla

Folla kbira ta’ nies attendiet il-pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur fl-Isla.
Il-pellegrinaġġ li beda fis-6pm kien immexxi mill-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna. Wara l-pellegrinaġġ bdiet quddiesa fil-Bażilika ta’ Marija Bambina.
Is-Sibt li għadda saret ċerimonja li fiha nkixfet l-istatwa tar-Redentur li kienet ilha għaddejja minn restawr għal dawn l-aħħar disa’ xhur.
Ritratti: Knisja f'Malta – Ian Noel Pace