Ritratti: Fl-Istati Uniti jistgħu jivvjaġaw bil-karozzi wara l-maltempata tas-silġ

Fl-Istati Uniti llum jistgħu jivvjaġaw bil-karozza wara li f’dawn il-jumejn intlaqat minn maltempata tas-silġ.
Madankollu l-metro f’Washington se jibqa’ magħluq u l-ivvjaġġar bl-ajru għadu qed jiffaċċja aktar tfixkil.
Il-maltempata ħalliet 12-il persuna mejta u 7,000 titjira ġew ikkanċellati.
Huwa maħsub li għada se jkun hemm minn tal-inqas 615 titjira kkanċellati.
Minkejja dan, kienu diversi nies li ħarġu barra jibnu l-borrini u jieħdu gost iwaddbu s-silġ lil xulxin.