Ritratti: Fil-Qala ma setgħux joħorġu mid-dar!

Il-maltemp li ħakem il-gżejjer Maltin f’dawn il-jiem jidher li għarraq diversi toroq bil-konsegwenza li għadd ta’ residenti nqabdu fi djarhom u ma setgħux jidħlu u joħorġu minn djarhom.
Fil-Qala din il-problema ilha tippersisti għal dawn l-aħħar snin minħabba li l-ilma li jinġabar fil-Pjazza jgħaddi kollu minn Triq il-Kunċizzjoni, bil-konsegwenza li l-ammont ta’ ilma joħloq problemi fis-sistema tad-drenaġġ ta’ din it-triq.
Fir-ritratti jidhru wkoll il-karozzi li jgħaddu mit-triq filwaqt li jtajru l-ilma maż-żewġ naħat tat-triq bil-konsegwenza li jidħol l-ilma fid-djar.
Fuq Facebook il-Viċi SIndku tal-Qala, Paul Buttigieg qal li ġie approvat il-permess għat-tibdil fis-sistema tad-drenaġġ ta’ Triq il-Kunċizzjoni u li issa jonqos biss li tiġi approvata s-sistema tal-water culverts.
Ritratti: Arkivji