​Ritratti: “Fil-Ħarsa t’Għajnejk nara s-Sbuħija”

“Fil-Ħarsa t’Għajnejk nara s-Sbuħija” huwa t-titlu ta’ proġett tal-fotografija li qed jitwettaq mill-Iskola Sekondarja fil-Konservatorju tal-Isqof f’Għawdex.
L-istudenti użaw varjetajiet ta’ tekniċi ta’ diżinn kif ukoll ta’ ritratti biex ifakkru f’nisa minn madwar id-dinja li ħallew il-marka tagħhom fuq is-soċjetà u fid-dinja. Fost dawn, kien hemm Madre Tereża, il-Prinċipessa Diana, Malala Yousafzai u Michelle Obama.
Dan il-proġett wassal biex jgħin lill-istudenti u lin-nisa jkunu iktar b’saħħithom, biex jemmnu fihom infushom, u biex jiġġieldu bħal suldat sabiex iwettqu l-ħolm tagħhom.
Il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Kunsill Malti tal-Arti.