Ritratti: Fiex spiċċaw it-tfal tas-Sirja?

Minkejja li n-Nazzjonijiet Magħquda, il-Ħadd li għadda, ordnat perjodu ta’ tregwa (cease-fire) ta’ 30 jum fil-Lvant ta’ Ghouta, l-attakki komplew għaddejjin xorta waħda, u n-numru ta’ tfal u nies li jgħixu f’din iż-żona kompla jikber.
Ir-Russja wegħdet li se twaqqaf il-bombardament għal-5 sigħat kuljum mill-bieraħ sabiex tagħti ċ-ċans li jitwasslulhom il-mediċini neċessarji sabiex ifejjqu lil dawk kollha li jindarbu fl-attakki.
Madanakollu, jidher li l-attakki xorta baqgħu għaddejjin min-naħa tal-forzi tal-President Sirjan, Bashar al-Assad.
Bosta filmati u messaġġi mxerrda fuq il-midja soċjali juru tfal jibku u jitkarrbu għall-għajnuna hekk kif spiċċaw b’xejn u l-mira tal-attakki, li bdew fit-18 ta' Frar.
Bosta ġenituri li tilfu lill-uliedhom spjegaw kif mhux talli qed ikollhom jgħixu bil-fatt li uliedhom m’għandhomx magħhom intortament, iżda li lanqas hemm lok ta’ kif ituhom difna kif xieraq, hekk kif kullimkien qed jiġi bbumbardjat.
Mara Amerikana li tgħix fis-Sirja, qalet ma’ ġurnal Amerikan li l-bombardamenti kienu direzzjonati għall-faċilitajiet mediċinali, għax-xelters, u prattikament kull ħaġa li jaraw tiċċaqlaq.
Il-mara li għandha 44 sena, u li hija omm ta’ tlett itfal, qalet li flimkien ma’ familji oħra fittxet xelters li ħafna drabi jinqasmu ma’ 60 persuna u kollha jkollhom jużaw l-istess toilet.
Fl-2016, meta kien qed jiġi bbumbardjat Aleppo, kien ġie ordnat ukoll perjodu ta’ tregwa iżda kien waqa’ dakinhar stess li kellu jibda’ hekk kif sar attakk ta’ sfida kontra l-ordni maħruġa min-Nazzjonijiet Magħquda.
Ritratti: Aysel Raif, Susila Bhandari, S.M. Aakas Habib