Ritratti: “Festin ta’ tieġ: l-ewwel għall-klieb imbagħad għan-nies”

Keith Darmanin - Kitz Klitz

Read in English.

Koppja Maltija ddeċidiet li ma setgħetx tiċċelebra t-tieġ tagħha b’mod komplut mingħajr ma jkun hemm preżenti l-kelb tagħhom Muffin. Għalhekk iddeċidiet li tagħmel xi ħaġa mhux tas-soltu billi jagħmlu festin għall-klieb qabel ma jibda l-festin tradizzjonali.

Christopher Ebejer u Joanna Mallia, li żżewġu fit-30 ta’ Ġunju, tkellmu ma’ Newsbook.com.mt u spjegaw kif il-ġurnata tant speċjali għalihom minn dejjem kienet se tkun tinvolvi lil Muffin b’xi mod jew ieħor.

Spjegaw li li Muffin jakkumpanjom għat-tieġ kollu kienet se tkun diffiċli loġistikament, allura għamlu minn kollox sabiex isibu mezz kif jinkorporawh għal ftit ħin.

Iżda l-festin tal-klieb kien ukoll b’differenza, il-koppja ddeċidiet li tużah bħala promozzjoni għall-addozzjoni tal-annimali mis-santwarji u sabiex jaħdmu kontra l-moħqrija fuq l-annimali.

Stiednu bosta mill-“ħbieb” ta’ Muffin u saħansitra preparaw mejda b’kejk għall-klieb u ħafna gallettini apposta.

Għall-festin attendiet ukoll il-kelba famuża Merci, li hija l-aktar magħrufa minħabba li timxi fuq roti hekk kif saqajha ta’ wara ma jaħdmux.

Il-koppja ddeċidiet li tagħti wkoll donazzjoni ħelwa lill-AAA u Noah’s Arc.

U aqta’ xiex…il-koppja bagħtet ukoll invit lil kull kelb li kien mistieden.

Omm l-għarusa ddeċidiet li taqsam din l-esperjenza fil-grupp RUBS PUPPY LOVE.