Ritratti: Festa għat-tfal mal-ktieb

F'festa ta' kotba u t-tfal, il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca ċċellebrat jum il-ktieb ma' għadd ta' tfal.

Diversi tfal minn skejjel irħewlha fil-'ġnien sigriet' tal-Palazz ta' Sant'Anton, fejn hemm kellhom l-opportunità li jisirqu tgħanniqa u tbissima tal-President ta' Malta.
Fid-diskors qasir tagħha, il-President ta' Malta rrimarkat l-importanza tal-qari li jippermetti t-tfal jimirħu u jitgħallmu. 
Fost il-briju tat-tfal, il-President spjegat li 'ġnien sigriet' joffri librerija umana, fejn it-tfal jistgħu jieħdu ktieb u jitfgħhu ieħor minfloku, biex b'hekk is-sigriet tal-qari jkompli jinfirex f'għadd ta' tfal.
Fl-istess ħin, hija rreferiet għall-aspetti soċjali tal-ħajja ta' kuljum, fosthom il-faqar.
Marie Louise Coleiro Preca qalet li kulħadd għandu jimpenja ruħu sabiex ikollna soċjetà aħjar.
Ritratti: DOI: Clodagh Farrugia O'Neill