Ritratti: Fekruna tal-ħadid f’Wied iż-Żurrieq

MTCP

Ġiet installata fekruna tal-ħadid f’Wied iż-Żurrieq, bil-għan li titqajjem iżjed kuxjenza dwar il-plastik u l-effetti li jħalli meta jispiċċa fil-baħar.

Il-Ministeru għat-Turiżmu ppubblika r-ritratti u spjega li minbarra li wieħed m’għandux jarmi plastik fil-baħar, huwa mħeġġeġ li jekk jiltaqa’ ma’ xi forma ta’ plastik bħal fliexken tal-plastik, li jdumu mal-450 sena biex jiddiżintegraw, ipoġġihom f’din il-fekruna tal-ħadid.

Il-Ministeru fakkar li l-boroż tal-plastik huma perikolużi wkoll, għax ħafna drabi fekruna taħsbu l-brama li normalment tiekol bil-konsegwenza li tispiċċa tifga fiha.

Din il-fekruna tal-ħadid diġà ġiet installata wkoll f’Birżebbuġa, u fil-ġimgħa li ġejja se tiġi installata oħra fil-Mellieħa. Dawn il-fkieren ġew sponsorjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Preżenti għall-installazzjoni kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli flimkien ma’ Vincent Attard minn Nature Trust.