Ritratti: Familji fil-Gwatemala jkomplu jfittxu l-vittmi tal-vulkan

L-għadd ta’ nies li nqatlu minħabba l-vulkan li żbroffa fil-Gwatemala tela’ għal 69 filwaqt li bosta familji qed ifittxu lil dawk li għadhom ma nstabux kemm fit-toroq u fil-kmamar mortwarji.
L-aġenzija tad-diżastri tal-pajjiż ħabbret li kien hemm aktar imwiet wara li ġabret aktar iġsma mit-toroq tal-villaġġ El Rodeo li ntlaqat wara li żbroffa l-vulkan.
Ammont żgħir tal-vittmi s’issa ġew identifikati.
F’waħda mill-kmamar mortwarji, fil-belt ta’ Escuintla li tinsab madwar 30 kilometru mill-vulkan, familji qed ifittxu b’mod iddisprat lill-persuni li ntilfu kawża ta’ din it-traġedja.
Welder ta’ 46 sena qal ma’ Reuters li ta ftit mid-demm tiegħu sabiex jipprova jara jidentifikax ġisem ibnu. Wara li ħareġ lil familtu minn El Rodeo, irritorna sabiex ifittex lil ibnu u lil mart ibnu. Meta ttawwal minn toqba fil-ħajt fid-dar ta’ ibnu kien ra ġismu mal-art imma lil mart bintu ma setax isibha u qed jibża li nqatlet ukoll.
Ritratti: Reuters