Ritratti: Eżerċizzju biex iħejju ruħhom f’każ ta’ diżastri

Matul il-lejl li għadda d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mmexxi mid-Direttur Emanuel Psaila għamel eżerċizzju ta’ simulazzjoni spontanju sabiex jiġu evalwati l-availabilty u r-response time tad-Dipartiment f’każijiet ta’ diżastri. 
Fi stqarrija ngħad li dan sabiex il-pajjiż ikun iktar ippreparat għal dawn l-eventwalitajiet.
F’dan l-eżerċizzju kienu involuti l-membri kollha tal-Forza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, u sar b’kollaborazzjoni mal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll Transport Malta.
Ritratti: CPD