Ritratti: €2.6 miljun fi stampar tal-kotba bejn Malta u l-Botswana

Il-President Marie Louise Coleiro Preca qalet li s-sena l-oħra Malta ġġenerat €2.3 miljun f’kummerċ mal-Botswana, li kien jikkonsisti prinċipalment minn kotba stampati.
Waqt ċena statali ad unur il-President tar-Repubblika tal-Botswana, Seretse Khama Ian Khama, il-President qalet li Malta tixtieq tkompli tikoopera mal-Botswana fi proġetti f’oqsma differenti, fosthom il-mainfattura u l-iżvilupp tat-turiżmu.
Ilbieraħ, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin ta’ Malta u tal-Botswana, Carmelo Abela u Tswelopele Cornelia Moremi rispettivament, iffirmaw ftehim dwar ħelsien mit-taxxa doppja.
Iktar tard, il-President tal-Botswana tkellem mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja dwar kwistjonijiet li huma ta’ interess għaż-żewġ pajjiżi, u fuq kif jistgħu jissaħħu r-rabtiet ta’ bejniethom.
Dalgħodu, il-President tal-Botswana ħawwel siġra fil-Palazz ta’ San Anton.
Wara, ġie ppreżentat b’bolla kommemorattiva stampata biex tfakkar l-ewwel żjara statali tiegħu f’Malta.
Waranofsinhar, il-President żar il-Birgu u wara qabad il-lanċa għall-Belt Valletta, fejn żar il-Konkatidral ta’ San Ġwann. Iktar tard, żar id-Domvs Romana fir-Rabat.
Ritratti: DOI – Clodagh Farrugia O’Neill, Jason Borg, Clifton Fenech, Reuben Piscopo, Pierre Sammut