Ritratti: “Essenzjali l-konnettività bl-ajru bejn Malta u l-Kroazja” – Il-President

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca saħqet li biex jirnexxi t-turiżmu u n-negozju bejn Malta u l-Kroazja,hi essenzjali l-konnettività bl-ajru.
Coleiro Preca kienet qed tindirizza l-Forum Ekonomiku Kroat-Malti, fiż-żjara uffiċjali tagħha fil-Kroazja.
Hi inkoraġġiet lill-awtoritajiet u n-negozjanti biex ikomplu jesploraw il-potenzjal kollu.
Waqt iż-żjara tagħha, il-President iltaqgħet ukoll mal-Prim Ministru Andrej Plenković, mal-President Kroat Kolinda Grabar-Kitarovic u l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Kroata Gordan Jandroković.
Hija pparteċipat ukoll f’ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri quddiem monument tal-Vuċi tal-Vittmi Kroati.
Ippresediet ukoll l-iffirmar ta' ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u l-Kamra Kroata għall-Ekonomija. 
Il-President, flimkien ma’ żewġha Edgar Preca attendew ukoll għal pranzu statali fuq stedina tal-President Kroat.
Ritratti: DOI – Clifton Fenech