Ritratti espliċiti ta’ tfal fuq Snapchat interċettati minn hackers

Numru ta’ ritratti espliċiti li ttellgħu fuq Snapchat ġew interċettati minn hackers.
Billi Snapchat jintuża l-aktar minn adoloxxenti ta’ bejn it-13 u s-17-il sena, ħafna minn dawn ir-ritratti li ġew interċettati huma ta’ tfal.
Snapchat tintuża biex jintbagħtu messaġġi u ritratti permezz tal-mowbajl.
Ir-ritratti li ġew iħħekjati huma dawk li ttellgħu onlajn permezz ta’ app oħra, u mhux direttament mill-app ta’ Snapchat.
Snapchat qalet li s-servers tagħha qatt ma ġew attakkati.
Ġie ċċarat li Snapchat ma tħallix lil klienti tagħha jużaw apps ta’ terzi persuni biex jibgħatu jew jirċievu Snaps. Temmet tgħid li din tmur kontra t-termini u kundizzjonijiet tal-istess servizz ta’ Snapchat.