Read in English.
Kollox lest għall-Konċistorju jew ċeremonja fejn l-Isqof Mario Grech u tnax-il ekklesjastiċi oħra jinħatru mill-Papa Franġisku bħala kardinali.
L-Isqof Grech se jkollu post importanti f’dan il-konċistorju għax se jkun hu li jagħmel id-diskors f’isem il-kardinali l-oħra.
Newsbook.com.mt qed jippubblika għadd ta’ ritratti esklussivi li juru lill-Isqof Grech dalgħodu jieħu l-breakfast mal-familja tiegħu u lill-Isqof Grech mal-Isqof ta’ Għawdex Dun Anton Teuma u Dun Eddie Zammit li għal snin kbar kien l-assistent personali tal-Isqof Grech.
Hemm ukoll ritratti tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Wieħed jinnota li minħabba d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa hemm biss ftit siġġijiet b’distanza minn xulxin. Fil-fatt kull kardinal elett seta’ jistieden biss għadd żgħir ħafna ta’ persuni.
Il-Kardinal elett fuq it-tarazzin tal-appartament tiegħu. L-Isqof Teuma waqt l-intervista ma’ Newsbook.com.mt.
Il-Konċistorju se jixxandar dirett fuq Newsbook.com.mt fl-4.00p.m.