Ritratti: Esebizzjoni tal-Arti ta’ Caritas Malta

Madwar 50 opra tal-arti tal-artist Malti John Martin Borg se jkunu esebiti fit-12-il edizzjoni tal-Esebizzjoni tal-Arti ta’ Caritas Malta.
Fi stqarrija, il-Caritas spjegat li l-kawża li mmotivat lil John Martin Borg biex itella’ esebizzjoni bix-xogħlijiet mibjugħa jkunu b’risq Caritas Malta, kien il-fattur prinċipali ta’ ħidma kontinwa li tagħmel Caritas Malta ma’ persuni vulnerabbli u bi bżonnijiet ta’ għajxien u wkoll bżonnijiet oħra speċjalment fejn jidħol il-faqar. Permezz ta’ din l-esebizzjoni, ix-xewqa tal-artist hi li jkun possibbli jagħti daqqa t’id f’din il-kawża nobbli.
Il-biċċa l-kbira mil-50 biċċa ta’ Borg huma watercolours, però hemm numru ta’ xogħlijiet riċenti astratti tiegħu bl-acrylic.
L-esebizzjoni se tkun imtella’ fil-Kurja tal-Arċisqof u se tkun miftuħa għall-pubbliku nhar

  • Il-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru bejn id-09:00am-07:30pm
  • Is-Sibt 21 ta’ Ottubru bejn id-09:00am-12:00pm

Ritratti: Caritas Malta