Ritratti: Esebizzjoni li turi kif inbidlet il-Belt u n-nies tagħha

Il-fotografu Malti, Stephen Busuttil, ħoloq retrospettiva fotografika tal-Belt Valletta, ‘Valletta: Belt u Poplu’, li turi l-bidla li kien hemm f’din il-Belt u n-nies tagħha tul dawn l-aħħar 10 snin. 
Din qed tiġi esebita fl-Ambaxxata Maltija f’ Washington, fl-open day tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għal Istati Uniti u l-ambaxxati tat-28 pajjiż membru tal-UE, b’ċelebrazzjoni tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali tal-Kultura. 
Busuttil wera kif il-Maltin inbidlu f’dak li għandhom x’jaqsmu r-reliġjon u l-kultura bl-impatt li kellha il-globalizzazzjoni. 
Filwaqt li dan il-proġett juri t-tkomplja tat-tradizzjonijiet u l-kultura, speċjalment il-festi tal-qaddisin u l-Karnival, jidher ukoll kif dawn ġew affettwati mill-Ewropa u mill-bqija tad-dinja. 
Din l-esebizzjoni nfethet fit-12 ta’ Mejju u se tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sa nhar il-Ġimgħa li ġejja. 
Ritratti: Stephen Busuttil