Ritratti: “Erba’ snin ilu ħadt l-isbaħ u l-aqwa deċiżjoni ta’ ħajti” – Justin Farrugia

Awguri lil Justin Farrugia, wieħed mill-produtturi u diretturi tas-sensiela L-Għarusa, li proprju llum, it-2 ta’ Lulju qed jiċċelebra r-raba’ anniversarju ta’ żwieġ ma’ Angelle. Huma żżewwġu fl-2016.

Fil-messaġġ tiegħu Justin kiteb “Erba’ snin ilu ħadt l-isbaħ u l-aqwa deċiżjoni ta’ ħajti wara disa’ snin flimkien. Għaddew bħal leħħa ta’ berqa. Tista’ tgħid kbirna flimkien, ħdimna, batejna u qatt ma kellna ġurnata waħda kerha.”

Bi ftit umoriżmu hu kompla jgħid li hu kien tifel u sar tifel ikbar, waqt li żied “imma rajt tfajla ssir mara u fl-iktar mumenti diffiċli kont l-iktar ħajt sod li wieħed jista’ jserraħ miegħu!”