Ritratti: Erba’ ġebliet biex ma jaqgħux il-karozzi!

Każ ta’ ħsara mill-maltemp fix-Xwejni, limiti taż-Żebbuġ ġie solvut b’erba’ ġebliet “li suppost jipprevjenu l-karozzi milli jaqgħu għal isfel”.
Qarrejja ta’ Newsbook.com.mt qalu li din mhix miżura sigura u li ċ-ċint kellu jiġi sostitut b’mod aktar sigur.
Saħqu li meta tkun issuq mhux bilfors tinduna bil-periklu, speċjalment billejl.
Dawn is-sewwieqa qed jappellaw lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni minnufih.