Ritratti: Emerġenza fl-Amażonja; Ilha 3 ġimgħat tinħaraq

Pumpiera Bolivjani qed jissieltu bla waqfien biex jitfu u jikkontrollaw in-nirien li diġa ħarqu 6500 km kwadru ta’ foresta tropikali. L-uffiċċjali qed jistennew ajruplan supertanker Boeing 747 biex jgħinhom jitfu n-nirien mill-ajru.

Filmati militari juru ammont vast ta’ arta maħruqa viċiin il-fruntiera tal-Bolivja mal-Brazil u l-Paragwaj. Il-Ministru għad-Diviża Javier Zavaleta qal li jemmnu li permezz ta’ dan l-ajruplan se jkunu jistgħu jitfu n-nirien.

Jidher li din is-sena n-nirien slavaġ fiż-żona Brażiljana tal-Amażonja rduppjaw hekk kif id-drawwa tal-bdiewa li jaħarqu l-foresta biex ikabbru l-art għall-bidja wassal biex kompla jinfirex minħabba l-istaġun xott.

Il-President Franċiż fuq Twitter appella sabiex il-mexxejja tal-G7 nhar is-Sibt u Ħadd jibdew billi jiddiskutu dan l-inċident katastrofiku sabiex tinsab soluzzjoni mill-aktar fis.