Ritratti: Eluf jimxu mill-Mellieħa sal-Isla b’risq Puttinu Cares

Kienu eluf dawk li pparteċipaw fl-erbatax-il edizzjoni tal-mixja annwali li ssir kull sena b’risq Puttinu Cares!
Għal darb’oħra, eluf ta’ Maltin għamlu l-mixja tal-lejl tal-Ġimgħa l-Kbira, li bdiet fis-2.00am mill-Mellieħa u ntemmet quddiem il-knisja parrokkjali tal-Isla.
Minkejja li din mhix mixja faċli, il-popolarità tagħha qiegħda ma’ kull sena iktar tizdied.
L-ewwel nies bdew jaslu l-Isla wara biss sagħtejn, filwaqt li oħrajn daħlu għall-ħabta tas-7.30am.