Ritratti: Eluf jimxu kontra l-emendi proposti dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun

Illum saret il-mixja favur il-ħajja bħala risposta għall-emendi proposti mill-Gvern dwar l-Att għall-Protezzjoni tal-Embrijuni.
L-Arċisqof Charles Sciculna, l-Isqof t’Għawdex Mario Grech, u l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona ħadu sehem fil-mixja li bdiet minn Kastilja u spiċċat quddiem il-Parlament.
Il-proposti fl-Att jinkludu li l-embrijuni se jiġu ffriżati jekk il-koppja tagħti l-kunsens għall-addozzjoni u li se ssir konsultazzjoni pubblika biex il-kiri tal-ġuf ma jibqax kontra l-liġi f’xi każijiet.
Tista’ taqra aktar dwar x'sar waqt il-mixja hawn.
Ritratti: Kurja – Knisja.org/Ritratti