Ritratti: Eliana tlesti t-tieni prova tagħha

Ritratt: Thomas Hanses

Il-kantanta ta’ 14-il sena Eliana Gomez Blanco ftit ħin ilu temmet it-tieni prova tagħha fuq il-palk fi Gliwice Arena għas-17-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest.

Ritratt: Thomas Hanses

Il-kanzunetta tagħha se tkun interpretatata fit-tmien pożizzjoni fil-finali tal-Ħadd 24 ta’ Novembru.

Ritratt: Thomas Hanses

Ir-ritratti li qed taraw hawn huma kollha mill-prova li Eliana kellha llum.

Ritratt: Thomas Hanses

Għada l-Ġimgħa se tiftaħ l-ewwel parti tal-votazzjoni onlajn u aħna l-Maltin se nkunu nistgħu nivvutaw għall-kanzunetta tagħna. Din il-votazzjoni se tibqa’ miftuħa sa’ minuta qabel ma tibda l-fażi finali nhar il-Ħadd wara nofsinhar.

Ritratt: Thomas Hanses

Il-kanzunetta ta’ Eliana għandha messaġġ żagħżugħ qawwi dwar il-ħajja llum u fil-futur.

Ritratt: Thomas Hanses

Il-kanzunetta We Are More hi miktuba minn Rachel Suter, Jonas Thander, Joe Julian Farrugia u Kevin Lee b’kompożizzjoni ta’ Jonas Thander u Rachel Suter.