Ritratti: Eliana bl-ewwel prova tagħha

Ritratt: Thomas Hanses

Il-kantanta Maltija Eliana Gomez Blanco kmieni dalgħodu għamlet l-ewwel prova tagħha għall-parteċipazzjoni tagħha fis-17-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li se jsir nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru fil-Polonja.

Ritratt: Thomas Hanses

Il-kantanta Maltija kienet waħedha fuq il-palk u għaldaqstant l-attenzjoni se tkun kollha fuqha meta nhar il-Ħadd li ġej titwassal il-finali.

Ritratt: Thomas Hanses

Madankollu jispikkaw il-kuluri li l-kantanta għandha fl-isfond waqt li twassal l-interpretazzjoni tagħha tal-kanzunetta We Are More.

Ritratt: Thomas Hanses

Eliana se tkun qed tikkompeti fil-Junior Eurovision Song Contest bil-kanzunetta We Are More, miktuba minn Rachel Suter, Jonas Thander, Joe Julian Farrugia u Kevin Lee b’kompożizzjoni ta’ Jonas Thander u Rachel Suter.

Ritratt: Thomas Hanses

Il-kanzunetta Maltija se tkun qed tiġi nterpretata fit-tmien pożiżżjoni u se tkun qed titwassal f’xandira diretta fuq TVM.

Ritratt: Thomas Hanses

Il-votazzjoni se tkun maqsuma f’żewġ fażijiet bl-ewwel waħda tiftaħ nhar il-Ġimgħa u aħna l-Maltin se jkollna ċans ukoll nivvutaw għall-kanzunetta Maltija.