Ritratti: Ebda siġar taż-żebbuġ infettati sa issa

Id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti għadu ma ltaqax mal-marda li fost l-oħrajn teqred lis-siġar taż-żebbuġ f’Malta.
Madanakollu, id-Direttorat se jwettaq spezzjonijiet ta’ monitoraġġ fuq is-siġar taż-żebbuġ u siġar suxxettibbli oħra bħal OleanderPrunus Quercus.
Il-marda, bl-isem ta’ Xyella fastidiosa tfaċċat f’Lecce fl-Italja f’Ottubru 2013 u hu stmat li f’dan ir-reġjun affettwat madwar 74,000 ettaru.
Id-Direttorat għamilha ċara li l-marda ma tistax tiġi kkontrollata bil-pestiċida u minħabba ċ-ċokon ta’ Malta, din tinfirex malajr.
L-uniku mod ta’ kif tiġi kkontrollata l-marda hu billi jinqalgħu s-siġar, jinħarqu l-partijiet infettati u jiġu applikati pestiċidi fuqi l-karozzi.
L-ispezzjonijiet se jsiru f’ġonna, zoni pubbliċi u oqsma u għelieqi miftuħa kif ukoll fuq xtieli għat-tħawwil kummerċjali b’enfasi partikolari fuq il-kummerċ li jiġi mill-Italja.
Sa issa d-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti ssorvelja aktar minn erba’ ettari ta’ pjantazzjonijiet taż-żebbuġ.