Ritratti: €28.5 miljuni kannabis jinstabu mid-Dwana

Malta Customs Department

Id-Dipartiment tad-Dwana Maltija qal li minn indikazzjonijiet preliminari, instabet bejn 10,000 u 11,000 kilogramma ta’ kannabis li jiswew madwar €28.5 miljun.

Din hija l-ikbar sejba ta’ raża tal-kannabis waqt li kien qed jispezzjona erba’ kontejners fil-Freeport. Is-sejba saret fi tlieta minn dawn il-kontejners u hija fiċ-ċert l-akbar sejba ta’ dan it-tip f’Malta, kemm fil-kwantità, kif ukoll bħala valur.

Tlieta minn dawn il-kontenituri kienu rreġistrati li qed iġorru sapun tal-platti, filwaqt li il-kontejner l-ieħor kien reġistrat li kellu torċijiet. Fit-tlett kontejters iddikjarati li fihom sapun tal-platti, instab li kien hemm il-kannabis moħbija.

Uffiċċjali tad-dwana talbu l-assistenza tal-iskwadra ta’ kontra id-droga u l-Pulizija Maltija mis-sessjoni tal-forensika. Il-Maġistrat ġie infurmat bil-każ.