Ritratti: Nirien qrib tal-Barrani

info@newsbook.com.mt

Intlemaħ id-duħħan fiż-żona magħrufa bħala tal-Barrani.

Persuna li tkellmet ma’ Newsbook.com.mt qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30 pm. Spjegat li marru diversi pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post.

Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm xi tip ta’ inċident però ma kellux aktar dettalji.