Ritratti: Dniefel jagħtu spettaklu f’bajja

Mhix ħaġa komuni li tmur tgħum u tispiċċa tara xow spettakolari tad-dniefel fil-bajja.
Hekk ġralhom għadd ta’ persuni li marru jgħmmu fil-bajja ta’ Gwithian, villaġġ fil-Punent tal-Ingilterra, fejn raw tliet dniefel slavaġ jgħumu ftit metri biss ‘il bogħod minnhom.
Dan hu mument storiku għal dawk kollha li kellhom il-fortuna jaraw lid-dniefel telgħin u niżlin fil-baħar, u għalhekk mhux ftit kienu li ħarġu l-ismartphone jew il-kamera biex jiġbdu filmat għal tifkira.
Eventwalment, bl-għajnuna ta’ ħelikopter, il-lifeguards irnexxielhom iġiegħlu lid-dniefel jgħumu ‘l barra u 'l bogħod mill-għawwiema.