Ritratti: Diżinfettar quddiem supermarkets u spiżeriji f’Ħal Lija

Id-Direttorat tat-Tindif beda jagħmel diżinfettar tat-toroq quddiem numru ta’ supermarkets, grocers, convenience shops u spiżeriji li qed ikunu frekwentati kontinwament. Fosthom fl-Iklin u Ħal-Lija.

Dan qalitu fuq Facebook il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli. Hi spjegat li barra miżuri ta’ prekawzjoni għaċ-ċittadini, l-indafa qed tilgħab rwol importanti iktar minn qatt qabel. Dan il-pass tad-Direttorat ġie wara li fl-aħħar jiem kien għaddej xogħol ta’ tindif u diżinfettar fuq bankini, bankijiet u għamara tat-triq oħra.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista ppubblika ritratti ta’ tindif ieħor estensiv li qed isir fuq l-istages Tal-Linja partikolarment fl-akwati tal-Isptar Mater Dei.

Matul il-lejl, sar tindif tat-toroq ta’ Tas-Sliema, inkluż stages Tal-Linja, bankijiet u oħrajn.

Id-Direttorat, permezz ta’ posts fuq Facebook qed iżomm lill-pubbliku aġġornat bix-xogħol ta’ diżinfettar u tindif li qed isir madwar il-Gżejjer Maltin. Qal li bil-għan li wieħed jikkumbatti l-firxa tal-COVID-19, għamlu tindif ta’ diversi bus stops, pelican lights u anke magni tal-biljetti Tal-Linja.

We keep on doing our utmost.. 💦 together we can do more #staysafe Covid19 Malta 🇲🇹 👷🏼‍♂ #respect night wash 🚏 Bus Stops…

Posted by Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division on Monday, 23 March 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn