Ritratti: “Din ir-rebħa hija għalik”

Il-membri tat-team tal-basketball ta’ Gżira Athleta iddedikaw ir-rebħa tagħhom ta’ nhar il-Ġimgħa lill-uffiċjal tal-Pulizija Simon Schembri.
Il-Pulizija tat-traffiku Simon Schembri ttajjar minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 17-il sena waqt li kien qed jaqdi dmiru u għamel żmien fil-periklu tal-mewt.
Fi tmiem il-logħba, il-plejers tellgħu wkoll ritratt tal-uffiċjal tal-pulizija fuq mutur, bil-kliem taħtu “Din ir-rebħa hija għalik”.
Dan il-ġest oriġinali mill-pleyers kien apprezzat mill-Korp tal-Pulizija kif ukoll mill-pubbliku ġenerali.
Ilbieraħ eluf ta’ persuni ngħaqdu f’folla waħda għal mixja ta’ solidarjetà mal-Pulizija kollha li ta’ kuljum jaqdu dmirhom fis-soċjetà.
Ritratti: Facebook – Malta Police Force