Ritratti: Dimostrazzjoni ta’ salvataġġ fil-bajjiet mis-Soċjetà Maltija tas-Salib Aħmar

Membri mis-Soċjetà Maltija tas-Salib Aħmar wettqu dimostrazzjoni f’Għajn Tuffieħa tat-taħriġ fl-għajnuna ta’ salvataġġ ta’ persuni fil-baħar u kif tingħata l-ewwel għajnuna.
Ġie spjegat li l-bandiera ħadra fil-bajja jkun ifisser li jista’ jsir għawm, il-bandiera safra tindika li jista’ jkun hemm periklu filwaqt li l-bandiera ħamra turi li hemm il-periklu filwaqt li żewġt ibnadar ħamra ifissru li m’għandhux isir għawm minħabba l-periklu.
Il-bagi sofor u ħomor jindikaw iż-żoni għall-għawwiema.
Is-Soċjetà Maltija tas-Salib Aħmar tappella lill-għawwiema biex isegwu l-indikazzjonijiet bil-bnadar.