Aġġornata: Ritratti: Pumpiera jissieltu man-nar f’Pembroke

Sarah Cassar Dymond

Xi nirien ħakmu lil Pembroke għall-ħabta tal-5pm, b’għadd ta’ dħaħen milmuħa wara l-kwartieri tas-suldati.

Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili informa lil Newsbook.com.mt li tliet fire engines kienu fi triqthom lejn il-villaġġ biex jitfu n-nirien. Tliet sigħat wara, kelliem qal li kienu għadhom qegħdin fuq il-post.

Persuna fuq il-post qalet lil Newsbook.com.mt li x’aktarx qabdu l-għelieqi fl-inħawi, peress li din hi ħaġa li tiġri ta’ sikwit. Dan ġie kkonfermat minn kelliem għall-Protezzjoni Ċivili.