Ritratti: Dgħajsa tegħreq f’Għawdex

Ritratt: info@newsbook.com.mt

Read in English.

Dgħajsa għerqet wara li daħal l-ilma fiha kaġun tar-riħ fil-Menqa f’Marsalforn.

Kelliem għall-Pulizija qal li sid id-dgħajsa mar jagħmel rapport lill-Pulizija dwar dan l-inċident.

Id-dgħajsa ttellgħet wara nofsinhar għall-ħabta tal-4.30pm.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.