Ritratti: Dejjem hemm meta tiġi bżonnhom

Għaddej minn Triq il-Kosta u tilmaħ persuna liebsa l-oranġjo nieżla minn ħelikopter. Bosta sewwieqa jieqfu biex jaraw x’qed jiġri. 
Il-ħelikopter jitlaq fid-direzzjoni tal-Qawra. Bejn mewġa u oħra f’ħafna riħ, kultant tintlemaħ il-persuna tielgħa u nieżla mal-kurrent. Wara ftit minuti jerġa' jifaċċa l-ħelikopter li, b’kompetenza u bi preċiżjoni kbira, jiċċomba lill-għawwiem li 'għandu bżonn l-assistenza’.
Waqt li l-bdot iżomm il-ħelikopter stabbli, jinżel ħabel fuq l-għawwiem li jorbot ‘qoffa’ tas-salvataġġ li titgħabba fuq il-ħelikopter.
Hekk kif l-ekwipaġġ jasal lura l-bażi, il-ħelikopter jinħasel u jiġi ppreparat għal dak li jista’ jinqala'.
Dan kien taħriġ ta’ rutina li l-Forzi Armati ta’ Malta jagħmlu minn żmien għal ieħor. Dejjem lesti u ppreparati. Hemm għalina għal meta niġu bżonnhom. Grazzi.
Ritratti: Ian Noel Pace