Ritratti: Dehra ġdida għat-terminal tal-cruiseliner

40 student tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST fl-aħħar xhur kienu qed jaħdmu biex isebbħu t-terminal tal-Valletta Cruise Port.
Ix-xogħolhom kien jinvolvi li jpinġu t-terminal u jtuh laqta kulturali. 
Fost it-tpinġijiet hemm avvenimenti li li jimmarkaw u jwasslu lejn is-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018.
L-illustrazzjonijiet qiwgħdin fil-mina fit-terminal ta’ Forni u se jitgawdew mit-turisti li se jiġu Malta  fix-xhur u s-snin li ġejjin.
It-tpinġijiet li ntgħażlu huma ta’ Michela Mifsud, Desiree Dimech, Rebecca Barry, Silvio Micallef u Fleur Sciortino.
Dan il-proġett ġie inawgurat illum mill-Fondazzjoni Valletta 2018.