Ritratti: Daphne mfakkra f’Londra

Ivan Botoucharov

F’għeluq is-sentejn mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, saru numru ta’ vġili madwar id-dinja, fosthom anke f’Londra minn NGOs għad-drittijiet tal-ġurnalisti u l-media.

L-avveniment f’Londra kien wieħed ferm komwoventi. L-emozzjonijiet u l-frustrazzjonijiet kienu evidenti f’dawk preżenti. Kien hemm ukoll turija ta’ determinazzjoni u rieda li l-politika u s-soċjetajiet jittejbu aktar.

L-għaqdiet involuti fil-vġili f’Londra kienu PEN International, Reporters Without Borders, Transparency International, Index Censorship, Article 19, Association of European Journalists and Rory Peck Trust.

Aqra: Qaluli kien ikun aħjar splodew lili wkoll – neputija ta’ Daphne