Ritratti: “Dan li qed isir hawnhekk, beda f’Malta” – il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li s-Summit tal-Afrikani u Ewropej li qed isir fil-Kosta tal-Ivorju hu riżultat ta’ qafas ta’ pjan li l-Unjoni Ewropea (UE) bdiet f’Malta.
Waqt l-indirizza tiegħu, Muscat fakkar li fil-Valletta Summit waħda mit-temi ewlenin diskussa kienet l-immigrazzjoni, u appuntu l-istess suġġett qed jiġi diskuss fil-laqgħa f’dal-pajjiż Afrikan.
Sostna li minħabba dak li nbeda f’Malta, il-laqgħa fl-Afrika mhix tinbena fuq paġna vojta.
Il-Prim Ministru fakkar li l-qafas maqbul waqt is-summit f’Malta, u li permezz tiegħu kull pajjiż Ewropew qiegħed jikkontribwixxi, qed iwassal sabiex tkun prevenuta l-immigrazzjoni illegali b’mod fattwali.
Temm jgħid li l-prevenzjoni tal-immigrazzjoni ma tfissirx li ma jkunx hemm qsim bejn l-Afrika u l-Ewropa, iżda li l-Afrika tiġi megħjuna mill-Ewropa sabiex fiha jinħolqu opportunitajiet ta’ xogħol u proġetti.
Ritratti: DOI – Clifton Fenech