Ritratti: Dan ix-xandar illum jagħlaq 81 sena. Għaraftu?

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief Ġorġ Peresso li llum qed jiċċelebra għeluq il-81 sena tiegħi. Ġorġ twieled bħal-lum nhar id-9 ta’ Settembru tal-1939. Huwa l-ikbar fost il-11-il wild li kellhom Lorenzo u Carmen nèe Coleiro.

Huwa studja fl-Italja u f’Malta u kien ukoll lecturer part-time mal-MTADA. Beda bħala xandar bħala freelancer mar-Redifussion u Xandir Malta u kien fl-1976 li hu ġie ngaġġat bħala producer ma’ Xandir Malta. Matul is-snin kellu bosta karigi mal-istazzjon tal-Istat fosthom bħala Assistent-Kap tal-Programmi, Kap tal-Programmi Kulturali, Dokumentarji u tat-Tfal kif ukoll Kap tal-Programmi tar-Radju. Hu kien ukoll il-persuna li ħadem għat-twaqqif tal-istazzjon ta’ Radju Bronja li opera għal numru ta’ snin.

Ġorġ Peresso fuq is-sett tas-sensiela Teledrammi – Nostalġija u Tifkiriet

Apparti s-sehem tiegħu fuq numru kbir ta’ produzzjonijiet televiżivi u dawk fuq ir-radju, wieħed ma jistax ma jsemmiex in-numru kbir ta’ kotba li ppubblika fosthom Imħabba Buffa, Meta l-Ħarifa Tiskot, It-Tifel tan-Nanna, Il-Qassis tal-Belt, Il-Werrieta tar-Riħ, Ir-Raġel ta’ Waħdu, Il-Mara ta’ Dlielah Twil, It-Tfajla li Ġiet Miċ-Ċpar, Vjola l-Kulur tal-Imħabba u Il-Wiċċ l-Ieħor.

Mhux l-ewwel darba li għamilha ta’ attur u rajnieh ukoll fil-karattru ta’ Dun Manwel fis-sensiela popolari Iċ-Ċaqqufa.

Ġorġ Peresso bħala Dun Manwel u Paul Caruana bħala Ninu f’xena minn Iċ-Ċaqqufa

Fil-ħajja privata Ġorġ huwa wkoll missier ta’ tlieta, u anki huwa nannu.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.