Ritratti: Dan iċ-ċkejken illum jagħlaq 51 sena. Għaraftu?

Dan tar-ritratt mhu ħadd ħlief Fr George Ocar Buttigieg, il-moħħ wara l-proġett Ħelu Bambin. Fr George llum qed jiċċelebra għeluq il-51 sena tiegħu. Filfatt twieled bħal-lum, is-17 ta’ Lulju tal-1969.

Fr George twieled f’Victoria, Għawdex u kien wieħed minn żewġ aħwa. Tilef lil ommu meta kellu 13-il sena, u tlett snin wara tilef ukoll lil missieru.

Il-mużika minn dejjem kienet parti minn ħajtu u għal bosta snin kien ukoll jagħmilha ta’ DJ fid-diskoteki.

Apparti l-mużika, Fr George huwa wkoll dilettant taż-żwiemel.

F’okkażjoni ta’ għeluq sninu, it-tim ta’ Ħelu Bambin wassal l-awgurju tiegħu lil Fr George.

Fr George bħalissa jinsab impenjat fir-recordings tal-ħames album ta’ Ħelu Bambin li mistenni joħroġ aktar tard din is-sena.

Nawguraw lil Fr George l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.

Ad multos annos!