Ritratti: Dalwaqt latrina aħjar f’Ħondoq ir-Rummien

Beda x-xogħol ta’ tisbiħ fuq il-latrina pubblika ta’ Ħondoq ir-Rummien, limiti tal-Qala.

Persuni li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt esprimew it-tama li l-faċilitajiet sanitarji jinżammu nodfa u li ssir manutenzjoni kontinwa.  Jittamaw ukoll li jsiru xawers fl-istess latrina.

F’Lulju tal-2014, kelliema għall-Ministeru kienet qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-latrina kienet qadima ħafna u li l-Kunsill Lokali tal-Qala kellu ħaddiem li kien inaddafha darbtejn kuljum.

Dakinhar il-Ministeru kien wettaq xogħol ta’ tibjid u manutenzjoni.

Ritratti: MGOZ – George Scerri