Ritratti: Cool u Il-Lokal jippromwovu l-arti lokali permezz ta’ esibizzjoni diġitali

Read in English.

Il-kumpanija ta’ ride-sharing Cool u l-portal elettroniku lokali il-lokal.com ingħaqdu flimkien biex joffru pjattforma diġitali unika lill-artisti Maltin li huma ħerqana li jaqsmu x-xogħlijiet tal-arti tagħhom mal-komunità lokali, b’mod partikolari mal-ġenerazzjoni żagħżugħa.

Permezz ta’ esibizzjoni diġitali li tnediet illum, l-ewwel ta’ din ix-xorti fil-gżejjer Maltin, l-artisti se jkunu jistgħu juru l-produzzjonijiet tagħhom ma’ dawk kollha li ta’ kuljum jagħmlu użu mit-trasport ta’ Cool. Din l-esibizzjoni, li tikkonsisti f’għaxar produzzjonijiet ta’ artisti lokali, se tinbidel kull ġimgħa għax-xahrejn li ġejjin, u dawk kollha li jkunu se jieħdu rikba ma’ Cool ikunu jistgħu jgawdu l-arti fuq il-mobile tagħhom waqt ir-rikba tagħhom.

Din l-esebizzjoni se tesponi lil dawn l-artisti Maltin ma’ eluf ta’ utenti fi żmien fejn minkejja li l-aċċessibbiltà għall-arti f’pajjiżna ż-żieda, il-faċilitajiet u l-udjenzi għadhom kemmxejn limitati. Barra minn hekk, numru ta’ persuni se jkunu jistgħu jirbħu produzzjoni stampata minn il-lokal.com kull ġimgħa.

“Permezz tal-aċċess lil firxa vasta, iżda partikolarment żagħżugħa tal-popolazzjoni Maltija, Cool u il-lokal.com qed jipprovdu udjenza ikbar lil dawn l-artisti l-okali. Aħna ninsabu ferm kuntenti li qed nipprovdu lill-komunità artistika lokali bi pjattaforma fejn jesebixxu x-xogħol tagħhom”, qalet il-Kap Eżekuttiv ta’ Cool, Laura Jasenaite.

“Bħala kumpanija żagħżugħa segwita minn eluf ta’ individwi żgħażagħ ta’ kuljum, nemmnu li jista’ jkollna r-rwol importanti fis-settur lokali kreattiv. Għalina l-arti huwa element fundamentali ta’ kull soċjetà, mhux biss minn perspettiva ekonomika iżda wkoll bħala mezz li jippromwovi l-inklussività, biex nifhmu lil xulxin aħjar u biex tgħaqqaf flimkien nies li ġejjin minn sfond kulturali differenti.”

Karolina Rostkowska, Fundatriċi ta’ il-lokal.com żiedet: “L-idea li ningħaqdu ma’ Cool inħasset bħala għaqda perfetta mill-ewwel. Dan il-proġett hu mod innovattiv li jibni pont bejn l-artisti Maltin u l-komunità lokali. It-talent kreattiv Malti għandu ħafna x’jista’ joffri – aħna kburin li nipprovdu mod kif dan it-talent jista’ jitgawda minn udjenza akbar”.

L-artisti li qed jieħdu sehem f’din l-inizzjattiva jinkludu Ed Dingli, Astrattico, Jana Frost, Emma Fsadni, Te fit-Tazza, Textpresso, Punchin’ Colours, 2point3, Maximilian Saliba, u oħrajn.

Ix-xogħlijiet tal-arti jistgħu jitgawdew u anke jinxtraw mill-ħanut elettroniku il-lokal.com.

Dan it-tagħrif twassal minn Corporateid Group.