Ritratti: Chelsea b’ċelebrazzjonijiet kbar hekk kif rebħu t-tazza

Instagram @jorginhofrello

L-istillel ta’ Chelsea ingħaqdu fuq coach privata wara li rebħu t-tazza tal-Kampjonat tal-Ewropa. Wara li kaxkru lit-tim avversarju Ingliż, Arsenal, Chelsea daħlu jiċċelebraw fid-dressing rooms u komplew għaddejjin biċ-ċelebrazzjonijiet fuq il-coach li ġarret lit-tim.

Il-midfielder Taljan Jorginho tella’ video fuq Instagram li wera x-xeni ġubilanti ġewwa l-vettura. Olivier Giroud deher li kien qiegħed imexxi l-festin, filwaqt li għolla t-trofew enormi fuq rasu biex ġarrha fuq wara tal-linja. Bħala botta lejn il-klabb preċedenti tiegħu, Arsenal, huwa nstema’ jgħidilhom grazzi għal-logħba li lagħbu.

Giroud skurja l-ewwel gowl għal-Chelsea biex umbad kien Pedro Rodriguez li skurja t-tieni u Eden Hazard skurja ż-żewġ gowls l-oħra. Għal Arsenal, irnexxielu jsib ix-xibka Alex Iwobi biss.