Ritratti: Ċentru ġdid għaż-żgħażagħ biex ma jiskontawx sentenzi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Dalgħodu nfetaħ ċentru ġdid fl-Imtaħleb għal żgħażagħ taħt il-21 sena biex ma jibqgħux jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jew l-Isptar Monte Carmeli.
B’kollox inbnew tnejn u għoxrin ċella, b’sittax għall-ġuvintur u sitt ċelel għat-tfajliet. Żewġ ċelel huma wkoll aċċessibbli għall-persuni b’diżabbilità.
Dan iċ-ċentru se jkun jista’ jilqa’ fih sa massimu ta’ 50 resident. Inbnew ukoll faċilitajiet edukattivi, sportivi, kmamar għall-viżitaturi kif ukoll kmamar għas-servizzi tal-professjonisti.
Ritratt: Ian Noel Pace