Filmat: Jissielet għal ħajtu l-bugħaddas li ttella’ mix-Xatt l-Aħmar

Bugħaddas ta' 53 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ngħata l-assistenza fix-Xatt l-Aħmar, limiti ta' Għajnsielem.
Ir-raġel ta' nazzjonalità Franċiża sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qed jogħdos fix-Xatt l-Aħmar għall-ħabta tat-3.30pm.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-persuna ttellgħet fuq l-art mingħajr inkwiet, u fuq il-post ġie assistita minn ambulanza.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali filwaqt li l-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.
Nota: Il-vannijiet tal-iskejjel t al-għadis li jidhru fil-filmat mhux bilfors huma dawk li kien imsieħeb magħhom il-Franċiż.