Ritratti: Briju, kostumi u kuluri – jibda l-Karnival tan-Nadur

Anaca Photography

Propju lbieraħ filgħaxija ngħata l-bidu għall-Karnival popolari Għawdxi li jsir fin-Nadur, fil-Pjazza ta’ San Pietru u San Pawl.

Fi stqarrija ġie spjegat li l-karnival li jiġi organizzat mill-Kunsill Lokali tan-Nadur, flimkien ma’ tim organizzattiv laqa’ mas-600 parteċipant u eluf ta’ viżitaturi. 

Il-karnival li kellu jsir il-Ħadd li għadda, iżda minħabba l-maltemp kien tħassar, kien imżewwaq bi gruppi ta’ żfin bil-kostum, gruppi bi sketches tad-daħq, gruppi tat-tfal tal-iskejjel, sketches spontanji bil-maskli li jirriflettu il-karnival spontanju tan-Nadur, maskli grotteski, maskeruni u karrijiet trijonfali. 

Il-programm għalaq bil-kukkanja għat-tfal u għal-kbar. Dan serva ta’

preludju ghal ħamest ijiem ta’ Karnival Spontanju wara inżul ix-xemx fin-Nadur.