Ritratti: Bram “daqs platt” fiċ-Ċirkewwa

Ivan Borg

Kien hemm invażjoni ta’ bram kbir “daqs platt” fiċ-Ċirkewwa skont qarrej ta’ Newsbook.com.mt li qasam xi ritratti magħna.

Dawn il-bram huma magħrufa bħala “fried egg jellyfish,” għaliex jixbhu bajda moqlija u magħrufa wkoll bil-Malti bħala “qassatat” jew “tal-lampuki.” Minkejja d-daqs tagħhom, dawn il-bram mhumiex perikolużi, u fil-fatt, peress li t-tingiża tagħhom hi daqstant dgħajfa, ħafna drabi jintużaw minn kreaturi tal-baħar oħra biex jirkbu fuqha u jisirqu ikel mit-tentakli tagħha.

Din l-ispeċi ta’ brama dehret  fi nħawi madwar Malta kollha: miż-Żurrieq sal-Ġnejna, u anke f’Għawdex, fl-inħawi tax-Xlendi, id-Dwejra u Ħondoq ir-Rummien.