Ritratti: Bosta midruba fi spużjoni f’Il Segreto

Ritratt: TRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd fuq Canale 5 tkompli l-produzzjoni Spanjola Il Segreto.

Mill-Ħadd sal-Ġimgħa din tixxandar fl-4.10pm filwaqt li s-Sibt fit-3.10pm

Dan hu dak li se jiġri fil-puntati ta’ bejn it-3 u d-9 ta’ Novembru.

Ritratt: TRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Waqt il-laqgħa tal-assoċċjazzjoni tan-nisa jiġi stabbilit biex jistiednu avukatessa biex titkellem man-nisa u tispjegalhom id-drittijiet tagħhom.

Fi Puente Viejo tasal fil-fatt Victoria Kent u n-nisa tal-belt jidher li qed jispiraw rwieħhom b’dak li hi tgħidilhom.

Fernando u Maria Elena jiżżewwġu. Wara ċ-ċerimonja kulħadd joħroġ fil-ġnien biex jieħu ritratt mal-koppja meta sseħħ splużjoni.

Maria Elena hi fost dawk li jmutu u Fernando jħossu mkisser.

Bosta persuni li kienu mistiedna għat-tieġ jisfgħu feruti serjament.

Ritratt: TRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Intant Isa tiddeċiedi li ma tgħid lil ħadd, inkluż Isaac, dwar id-djanjosi tat-tabib Zabaleta. Għalhekk tiddeċiedi li titlaq lil Isaac u titlaq darba għal dejjem minn Puente Viejo. Dan meta fl-istess żmien, il-belt kollha tkun f’luttu minħabba fl-isplużjoni li seħħet u li ħasdet il-ħajja ta’ bosta.