Ritratti: Borma taqbad quddiem il-Parlament

Mijiet ta' nies dalgħodu daħlu l-Belt iltaqgħu ma’ wħud mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waqt għadd ta’ dimostrazzjonijiet, fosthom kif titfi b’kutra apposta xi taġen jew borma li jaqbdu waqt li tkun qed issajjar. Illum huwa propju Jum il-Protezzjoni Ċivili.
Ma naqasx il-ferħ f’wiċċ it-tfal meta telgħu fil-kabini tal-vetturi tat-tifi tan-nar u l-espressjoni meta daħlu ftit f’qoxorthom hekk kif raw l-ubbidjenza ta’ Zicko, il-kelb tad-DPĊ.
Ritratti: Ian Noel Pace