Ritratti: Bonnici ma jipprattikax dak li jipprietka – attivisti

Alessandra dee Crespo

L-attivisti tal-grupp Occupy Justice qalu li l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici ma jipprattikax dak li jippriedka għax għalkemm jgħid li ċ-ċensura hija ħażina jibgħat il-ħaddiema tal-Gvern biex ineħħu oġġetti li qegħdin quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta bi protesta għall-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-attivisti nġabru fil-Belt Valleta wara nofsinhar fejn poġġew fjuri u noti quddiem il-bini tal-Ministeru għall-Ġustizzja għaliex fi kliemhom “huwa l-post fejn il-libertà tal-espressjoni qed tmut”.

“Iċ-Ċensura tweġġa’. Dejjem.” – Bonnici

L-attivisti qalu li l-għan ewlieni tal-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici huwa li jiżgura l-libertà tal-espressjoni f’Malta. Madanakollu qalu li huwa jagħti l-ordnijiet mill-bini tal-Ministeru biex l-espressjoni tan-nies tkun sistematikament miknusa. L-attivisti kkwotaw lil Bonnici meta qal li “ċ-ċensura tweġġa’. Dejjem.” Żiedu jgħidu li huwa evidenti li l-Ministru ma jipprattikax dak li jippriedka, u jippreferi jirrikorri għall-ixkupa minflok. Fi kliem l-attivisti, “nazzjon li joħnoq liċ-ċittadini tiegħu huwa nazzjon li joqtol lil ruħu.”

L-attivisti qalu wkoll lill-Prim Ministru li l-ebda monument mgħotti mhu se jnessihom x’ġara. “Permezz tal-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Gvern kines, darba wara l-oħra, l-oġġetti paċifiċi li bihom nipprotestaw kontra l-korruzzjoni u l-impunità f’dan il-pajjiż: fjuri, xemgħat u strixxuni. L-għeluq permezz ta’ ħajt tal-injam tal-makeshift memorial li kien imwaqqaf spontanjament taħt il-monument tal-Assedju l-Kbir quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja bħala tifkira ta’ kulum li f’Malta ma teżistix s-Saltna tad-Dritt (ir-rispett lejn il-liġijiet), mhu xejn ħlief attentat sfaċċat sabiex tkun maħnuqa l-libertà tal-espressjoni. Li wieħed jibgħat ħaddiema tal-Gvern mid-Dipartiment tat-Tindif fit-3 am hija mossa tassew grotteska. Dan mhu xejn ħlief soppressjoni tal-espressjoni, tkisser tad-drittijiet demokratiċi” saħqu l-attivisti.

Il-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa kien preżenti wkoll.

It is my duty to speak out and stand up to the suppression of freedom of expression.

Posted by David Casa on Wednesday, September 19, 2018