Ritratti: Bil-mutur fuq il-post tal-inċident isellmu lil Johanna

Madwar 300 sewwieq tal-muturi dalgħodu ingħaqdu flimkien u saqu lejn il-post fejn nhar it-Tlieta li għadda tilfet ħajjitha Johanna Boni.
Is-sewwieqa nġabru qrib il-ġrawnds tal-Luxol u saqu bil-mod tul Triq il-Kosta għal Vjal il-Labour fin-Naxxar – il-post fejn nhar it-Tlieta, Boni ħadet l-aħħar nifsijiet ta' ħajjitha qabel l-inċident li swielha l-ħajja.
Fuq il-post tqiegħdu fjuri u nqraw bosta messaġġi fosthom ta' appell biex is-sewwieqa kollha fit-triq jingħaqdu għal iżjed sigurtà u jieħdu ħsieb xulxin fit-toroq, b'mod partikolari, s-sewwieqa tal-muturi.
Fost dawk preżenti, attendew ukoll il-ġenituri ta' Johanna Boni.

Ritratti: Stephen Dalli