Ritratti: Bid-dmugħ f’għajnejhom jibqgħu miegħu sal-aħħar mument

Kollegi u qraba ta’ Stephen Camilleri taw l-aħħar tislima permezz ta’ korteo li inkluda l-ambulanza li kien isuq hu stess. Il-korteo waqaf taħt it-tinda tal-ambulanzi f'Mater Dei fejn ingħata tislima mill-kollegi tad-Dipartiment tal-Emerġenza kif ukoll bukketti tal-fjuri mingħand it-tobba u l-amministrazzjoni. Wieħed mill-kappillani tal-Isptar Mater Dei qal talba qasira fost iċ-ċapċip u d-daqq tas-sireni tal-ambulanzi.
Huwa ntlaqa' b'ċapċipa flimkien ma' għadd ta' studenti bil-ward f'idejhom. Mijiet ta’ messaġġi ta' kondoljanzi u memorji ttellgħu fuq il-profil tiegħu. Aqra aktar hawn.
Strieħ fis-sliem, ħabib.